12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/29
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Ottubru 2012 — Almer Beheer BV et vs Van den Dungen Vastgoed BV et
(Kawża C-441/12)
2013/C 9/48
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Almer Beheer BV, Daedalus Holding BV
Konvenuti: Van den Dungen Vastgoed BV, Oosterhout II BVBA
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar il-prospett (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li jiġi ppubblikat prospett inkluż fih huwa, bħala regola ġenerali (jiġifieri, indipendentement mill-eżenzjonijiet u mill-eċċezzjonijiet previsti f’ċerti każijiet mid-Direttiva), applikabbli wkoll għal bejgħ sfurzat ta’ titoli?
(2)
(a)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-kunċett ta’ “korrispettiv totali għall-offerta” previst fl-Artikolu 1(2)(h) tad-Direttiva dwar il-prospett għandu jiġi interpretat fis-sens li dan l-ammont għandu jiġi ddeterminat, fil-każ ta’ bejgħ sfurzat ta’ titoli, b’riferiment għall-valur tal-prodott raġonevolment skontat billi tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura speċifika ta’ bejgħ sfurzat, anki jekk il-prodott raġonevolment skontat huwa b’mod ċar inferjuri għall-valur ekonomiku reali?
(b)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda u risposta negattiva għall-ewwel parti tat-tieni domanda, kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ “korrispettiv totali għall-offerta” fis-sens tal-Artikolu 1(2)((h) tad-Direttiva dwar il-prospett, b’mod partikolari fil-każ ta’ bejgħ sfurzat ta’ titoli?
(1) Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 356).
Full & Egal Universal Law Academy