12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/30
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fit-3 ta’ Ottubru 2012 — Jan Sneller vs DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV
(Kawża C-442/12)
2013/C 9/49
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jan Sneller.
Konvenuta: DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV.
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 87/344/KE (1) jawtorizza lil assiguratur ta’ spejjeż legali, li fil-polzi tiegħu jipprovdi li l-assistenza legali fil-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi tkun bħala prinċipju pprovduta mill-ħaddiema tal-assiguratur, jipprovdi wkoll li l-ispejjeż ta’ assistenza legali pprovduta minn avukat jew minn rappreżentant legali magħżula liberament mill-persuna assigurata jkunu koperti biss jekk l-assiguratur iqis li t-trattament tal-kawża għandu jiġi ddelegat lil rappreżentant legali estern?
(2)
Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti skont jekk l-assistenza legali hija jew ma hijiex obbligatorja fil-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi inkwistjoni?
(1) Direttiva tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 187).
Full & Egal Universal Law Academy