15.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fit-3 ta’ Ottubru 2012 — Actavis Group PTC EHF, Actavis UK Ltd vs Sanofi
(Kawża C-443/12)
2012/C 389/07
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Actavis Group PTC EHF, Actavis UK Ltd
Konvenuta: Sanofi
Intervenjenti: Sanofi Pharma Bristol-Myers Squibb SNC
Domandi preliminari
(1)
X’inhuma l-kriterji sabiex jiġi stabbilit jekk “il-prodott ikun[x] protett minn privattiva bażika fis-seħħ” fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009/KE (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”)?
(2)
F’sitwazzjoni fejn għadd ta’ prodotti huma protetti bi privattiva bażika fis-seħħ, ir-Regolament, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(c) tiegħu, jipprekludu lill-proprjetarju tal-privattiva milli jingħata ċertifikat għal kull wieħed mill-prodotti protetti?
(1) Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy