26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Ottubru 2012 — W.P. Willems vs Burgemeester van Nuth
(Kawża C-446/12)
2013/C 26/28
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: W. P. Willems
Konvenuta: Burgemeester van Nuth
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 375), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Mejju 2009, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 (ĠU L 142, p. 1), huwa validu fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali?
(2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tistabbilixxi l-validità tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u l-bijometrika f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 375), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Mejju 2009, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 (ĠU L 142, p. 1), l-Artikolu 4(3) tar-Regolament, fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u tal-parti introduttiva tal-Artikolu 7 u l-Artikolu 7(f) tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata (1) moqrija flimkiem mal-parti introduttiva tal-Artikolu 6(1) u 6(1)(b) ta’ din id-Direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-eżekuzzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu b’liġi li d-data bijometrika miġbura u maħżuna abbażi ta’ dan ir-Regolament tista’ tinġabar, tiġi pproċessata u tintuża biss għal finijiet tal-ħruġ tad-dokument?
(1) Regolament Nru 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355))
Full & Egal Universal Law Academy