22.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Salamanca (Spanja) fit-8 ta’ Ottubru 2012 — Josune Esteban Garcia
(Kawża C-451/12)
2012/C 399/20
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Salamanca
Parti fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Josune Esteban Garcia
Domanda preliminari
L-Artikoli 4, 12, 114 u 169 tat-Trattat u l-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien mad-Direttiva 93/13 (1) u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi, kif ukoll l-effettività tad-direttivi u l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, jippermettu lill-Audiencia Provincial, bħala qorti nazzjonali tal-appell, li tieħu konjizzjoni, minkejja li ma hemmx regola nazzjonali għal dan l-iskop, tal-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-qorti tal-prim’istanza li tattribwixxi lil qorti tad-domiċilju tar-rikorrent il-ġurisdizzjoni territorjali sabiex tagħti deċiżjoni dwar l-azzjoni għad-danni li jirriżultaw mill-allegat nuqqas tal-konvenuta milli twettaq l-obbligi kuntrattwali tagħha skont kuntratt konkluż bl-internet?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
Full & Egal Universal Law Academy