26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Krefeld (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Ottubru 2012 — NIPPONKOA Insurance Co (Europe) Ltd vs Inter-Zuid Transport BV
(Kawża C-452/12)
2013/C 26/32
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Krefeld
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: NIPPONKOA Insurance Co (Europe) Ltd
Konvenuta: Inter-Zuid Transport BV
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1), tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali jipprekludi interpretazzjoni esklużivament awtonoma ta’ konvenzjoni internazzjonali jew l-għanijiet u l-prinċipji li jispiraw dan ir-regolament għandhom ikunu kkunsidrati fl-applikazzjoni ta’ tali konvenzjoni?
(2)
L-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali jipprekludi l-interpretazzjoni ta’ konvenzjoni internazzjonali, li permezz tagħha azzjoni dikjaratorja deċiża fi Stat Membru ma tipprekludix azzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ ħlas imressqa sussegwentement fi Stat Membru ieħor, meta din il-konvenzjoni tista’ wkoll tiġi interpretata b’mod konformi mal-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 44/2001?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.
Full & Egal Universal Law Academy