26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-10 ta’ Ottubru 2012 — S u Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel vs G
(Kawża C-457/12)
2013/C 26/34
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: S u Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel
Konvenut: G
Domandi preliminari
(1)
(…)
Membru, li għandu n-nazzjonalità ta’ pajjiż terz, tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni b’residenza fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu iżda li jaħdem fi Stat Membru ieħor għal persuna li timpjega li hija stabbilita f’dan l-Istat Membru l-ieħor jista’, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, jinvoka dritt ta’ soġġorn taħt id-dritt tal-Unjoni?
(2)
(…)
Membru, li għandu n-nazzjonalità ta’ pajjiż terz, tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni b’residenza fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu iżda li, fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu għal persuna li timpjega li hija stabbilita f’dan l-istess Stat Membru jmur fi Stat Membru ieħor u jirritorna minnu regolarment jista’, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, jinvoka dritt ta’ soġġorn taħt id-dritt tal-Unjoni?
Full & Egal Universal Law Academy