16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (Ir-Repubblika Slovakka) fil-15 ta’ Ottubru 2012 — SKP vs Ján Bríla
(Kawża C-460/12)
2013/C 46/20
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Krajský súd v Prešove
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SKP
Konvenut: Ján Bríla
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 6(1) u 7(1), tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bħal dik f’dan il-każ, li ma tippermettix lill-qorti nazzjonali li, fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat minn professjonist, tirrikonoxxi dejn bħala preskritt fuq il-konsumatur li tieħu inkunsiderazzjoni ex officio l-preskrizzjoni, ukoll meta jiġu eżegwiti kontra l-konsumatur servizzi li jirriżultaw minn klawżoli kuntrattwali inġusti?
(2)
F’każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikoli 6(1), u 7(1), tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti għandha tinforma ex officio lill-konsumatur bid-dritt tiegħu li jinvoka l-preskrizzjoni tad-dejn tiegħu mal-kreditur?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
Full & Egal Universal Law Academy