3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/55
Appell ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2012 minn Holding kompanija Interspeed a.d. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fl-10 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-587/10, Holding kompanija Interspeed a.d. vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-471/12 P)
2013/C 225/104
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Appellanti: Holding kompanija Interspeed a.d. (rappreżentanti: D. Komlensky u P. Komljenovic, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Permezz tad-digriet tal-20 ta’ Ġunju 2013, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet:
(1)
It-talba għal għajnuna legali hija miċħuda.
(2)
L-appell huwa miċħud.
(3)
Holding kompanija Interspeed a.d. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy