26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-22 ta’ Ottubru 2012 — Schiebel Aircraft GmbH
(Kawża C-474/12)
2013/C 26/37
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Schiebel Aircraft GmbH
Konvenut: Bundesminister für Wirtschaft, Familie und Jugend (Ministru Federali tal-Ekonomija, tal-Familja u taż-Żgħażagħ)
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikoli 18, 45, 49 u 346(1)(b) TFUE, jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru, bħalma hija l-leġiżlazzjoni applikabbli fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-membri tal-korpi ta’ rappreżentanza legali jew is-soċju direttur tal-impriża, li jkun awtorizzat jirrappreżentaha, għandu jkollhom nazzjonalità Awstrijaka, mingħajr ma jkun biżżejjed li jkunu ċittadini ta’ Stat Membru taż-ŻEE, fil-każ tal-kumpanniji li jkunu jixtiequ jeżerċitaw attivitajiet fil-qasam tan-negozju ta’ armi u ta’ munizzjon militari u fil-qasam tal-intermedjar fir-rigward tax-xiri u l-bejgħ ta’ dawn tal-aħħar?
Full & Egal Universal Law Academy