2.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-24 ta’ Ottubru 2012 — Österreichischer Gewerkschaftsbund vs Verband Österreichischer Banken und Bankiers
(Kawża C-476/12)
2013/C 32/02
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Österreichischer Gewerkschaftsbund
Konvenuta: Verband Österreichischer Banken und Bankiers
Domandi preliminari
(1)
Il-prinċipju ta’ pro rata temporis li l-applikazzjoni tiegħu hija prevista mill-Klawżola 4(2) tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time (1), japplika minħabba n-natura ta’ dan il-benefiċċju għal allowance għall-ulied dipendenti mħallsa minn min iħaddem fl-eżekuzzjoni ta’ ftehim kollettiv bħala benefiċċju soċjali intiż sabiex jikkumpensa parzjalment l-ispejjeż ta’ manteniment li l-ġenituri għandhom isostnu fir-rigward tal-ulied li insostenn tagħhom din l-allowance hija mħallsa?
(2)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:
Il-Klawżola 4(1) tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 97/81/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li, fid-dawl tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-imsieħba soċjali meta jistabbilixxu għan ta’ politika soċjali u ekonomika kif ukoll il-miżuri xierqa għall-ksib ta’ dan il-għan, nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-ħaddiema part-time li tirriżulta mit-tnaqqis tad-dritt tal-allowance għall-ulied dipendenti minħabba t-tul tal-ħin ta’ xogħol tagħhom huwa oġġettivament iġġustifikat jekk jiġi kkunsidrat li projbizzjoni ta’ kalkolu proporzjonali
(a)
tagħmel iktar diffiċli, jew impossibbli, l-impjieg part-time mogħti lill-ġenituri u/jew xogħol marġinali matul il-perijodu ta’ leave parentali, u/jew
(b)
toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni minħabba ż-żieda fl-ispejjeż finanzjarji li għandu min iħaddem sabiex jimpjega numru ikbar ta’ ħaddiema part-time, żvantaġġ dan li jwassal għal tnaqqis fir-rieda ta’ min iħaddem li jimpjega ħaddiema part-time, u/jew
(c)
għandha l-effett li tiffavorixxi lill-ħaddiema part-time li għandhom kuntratti oħra ta’ impjieg part-time u li għandhom numru ta’ drittijiet għal benefiċċju bħall-allowance għall-ulied dipendenti skont ftehim kollettiv, u/jew
(d)
għandha l-effett li tiffavorixxi lill-ħaddiema part-time minħabba li dawn jiddisponu minn iktar ħin barra mix-xogħol mill-impjegati full-time u għalhekk ikunu faċilment jistgħu jieħdu ħsieb uliedhom?
(3)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel u għat-tieni domanda:
L-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sistema tad-dritt tax-xogħol fejn partijiet sinjifikattivi ta’ standards minimi ta’ xogħol huma stabbiliti skont evalwazzjonijiet ta’ politika soċjali miftiehma bejn partijiet għall-ftehim kollettivi li għandhom kwalifiki għolja u li ġew magħżula b’attenzjoni, in-nullità (fil-liġi nazzjonali) ta’ regola anċillari li tmur kontra l-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni stabbilita minn ftehim kollettiv (jiġifieri r-regola tal-kalkolu proporzjonali tal-allowance għall-ulied dipendenti fil-każ ta’ xogħol part-time), twassal għan-nullità tad-dispożizzjoni sħiħa dwar dan is-suġġett (jiġifieri l-allowance għall-ulied dipendenti) li fiha din ir-regola fil-ftehim kollettiv inkwistjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267, kif emendata bid-Direttiva 98/23/KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 278, kif emendata.
Full & Egal Universal Law Academy