26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Ottubru 2012 — Hogan Lovells International LLP vs Bayer CropScience K.K.
(Kawża C-477/12)
2013/C 26/39
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hogan Lovells International LLP
Konvenuta: Bayer CropScience K.K.
Domanda preliminari
L-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 (1) tiddependi esklużivament mill-eżistenza ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq maħruġa skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/414/KEE jew skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414, jew ċertifikat jista’ jinkiseb ukoll fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq maħruġa skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 91/414?
(1) Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 19, p. 335).
Full & Egal Universal Law Academy