26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Feldkirch (l-Awstrija) fl-24 ta’ Ottubru 2012 — Armin Maletic, Marianne Maletic vs GmbH u TUI Österreich GmbH
(Kawża C-478/12)
2013/C 26/40
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Feldkirch
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Armin Maletic, Marianne Maletic
Konvenuti: GmbH, TUI Österreich GmbH.
Domanda preliminari
L-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), li jattribwixxi l-ġurisdizzjoni lill-qorti tal-post fejn il-konsumatur ikollu d-domiċilju tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-parti l-oħra (f’dan il-każ aġent tal-ivvjaġġar ibbażat barra mit-territorju nazzjonali) jinqeda b’parti kontraenti oħra (f’dan il-każ operatur ta’ vjaġġi bbażat fit-territorju nazzjonali), l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 44/2001 japplika wkoll, għall-finijiet tal-kawżi mressqa kontra dawn iż-żewġ partijiet, għall-parti kontraenti bbażata fit-territorju nazzjonali?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.
Full & Egal Universal Law Academy