12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/32
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-25 ta’ Ottubru 2012 — Juvelta prieš VĮ vs Lietuvos prabavimo rūmai
(Kawża C-481/12)
2013/C 9/53
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Juvelta UAB
Konvenut: Lietuvos prabavimo rūmai
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 34 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet legali nazzjonali li jipprovdu li, meta jiġu kkummerċjalizzati fis-suq ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, prodotti tad-deheb importati minn Stat Membru ieħor li t-tqegħid fis-suq tagħhom f’dak l-Istat Membru (ta’ esportazzjoni) ikun awtorizzat, dawn il-prodotti għandhom ikunu mmarkati b’marka, ta’ uffiċċju tal-bolla indipendenti awtorizzat minn Stat Membru, li tikkonferma li l-prodott li fuqu tqiegħdet il-marka kien ġie assaġġat minn dan l-uffiċċju u li tispeċifika informazzjoni li tista’ tinftiehem mill-konsumaturi tal-Istat Membru ta’ importazzjoni dwar il-livell ta’ finezza tal-prodott, f’ċirkustanzi fejn tali informazzjoni dwar il-livell ta’ finezza hija pprovduta f’marka separata u addizzjonali mqiegħda fuq l-istess prodott tad-deheb?
(2)
Għall-finijiet tal-għoti ta’ risposta għall-ewwel domanda, huwa importanti li, bħalma huwa l-każ ineżami, il-marka addizzjonali dwar il-livell ta’ finezza ta’ prodotti tad-deheb li tinsab fuq il-prodotti u li tista’ tinftiehem mill-konsumaturi tal-Istat Membru ta’ importazzjoni (pereżempju, marka bit-tliet numri “585”) ma tkunx tqiegħdet minn uffiċċju tal-bolla indipendenti awtorizzat minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, iżda l-informazzjoni mogħtija mill-marka tikkorrispondi, fit-tifsira tagħha, għall-informazzjoni speċifikata fil-marka, imqiegħda fuq l-istess prodott, mill-uffiċċju tal-bolla indipendenti awtorizzat mill-Istat Membru ta’ esportazzjoni (pereżempju, il-marka bin-numru “3” mill-Istat ta’ esportazzjoni tidentifika speċifikament, skont id-dispożizzjonijiet legali ta’ dak l-Istat, livell ta’ finezza ta’ 585)?
Full & Egal Universal Law Academy