12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/32
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Prešov (ir-Repubblika Slovakka) fid-29 ta’ Ottubru 2012 — Peter Macinský, Eva Macinská vs Getfin s.r.o., Financreal s.r.o.
(Kawża C-482/12)
2013/C 9/54
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Okresný súd Prešov
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Peter Macinský, Eva Macinská
Konvenuti: Getfin s.r.o., Financreal s.r.o.
Domanda preliminari
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni legali ta’ Stat Membru, bħal dik tal-Artikolu 151j(1) tal-Občiansky zákonník (Kodiċi Ċivili) moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lil kreditur li jikseb l-applikazzjoni ta’ klawżoli inġusti billi jeżegwixxi garanzija fuq immobbli permezz tal-bejgħ ta’ immobbli mingħajr il-kunsens tal-konsumatur, mingħajr in-natura kontenzjuża tal-kawża u mingħajr ma l-imsemmija klawżoli kuntrattwali jiġu evalwati minn qorti jew istanza ġudizzjarja indipendenti oħra?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)
Full & Egal Universal Law Academy