26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-31 ta’ Ottubru 2012 — Maatschap T. van Oosterom en A. van Oosterom-Boelhouwer vs Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie
(Kawża C-485/12)
2013/C 26/44
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het Bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maatschap T. van Oosterom en A. van Oosterom-Boelhouwer
Konvenuta: Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie
Domanda preliminari
L-Artikolu 32 tar-Regolament Nru 796/2004 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li għandha dejjem issir verifika fuq il-post, qabel ma jkun jista’ jiġi deċiż, fuq il-bażi ta’ rittratti mill-ajru li jkunu ttieħdu sabiex tiġi evalwata dikjarazzjoni, li dikjarazzjoni ppreżentata minn bidwi hija ineżatta?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243).
Full & Egal Universal Law Academy