26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-31 ta’ Ottubru 2012 — X vs Heffingsambtenaar van de gemeente Z
(Kawża C-486/12)
2013/C 26/45
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X
Konvenut: Heffingsambtenaar van de gemeente Z
Domandi preliminari
(1)
Id-dritt ta’ aċċess (fuq il-bażi tal-Artikolu 79(2) tal-Wet GBA (Wet gemeentelijke basisadministratie persoonsgegevens — liġi dwar id-data personali miżmuma mill-amministrazzjonijiet muniċipali)) huwa konformi mal-obbligu ta’ komunikazzjoni ta’ data li tkun qiegħda tiġi pproċessata skont kif ipprovdut fit-tieni inċiż tal-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 95/46/KE (1)?
(2)
L-Artikolu 12(a) tad-Direttiva (95/46/KE) jipprekludi l-impożizzjoni ta’ ħlas ta’ dritt meta ssir komunikazzjoni, permezz ta’ estratt mid-database muniċipali, ta’ data personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata?
(3)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda, l-impożizzjoni ta’ ħlas ta’ dritt inkwistjoni hija eċċessiva fis-sens tal-Artikolu 12(a) tad-Direttiva (95/46/KE)?
(1) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).
Full & Egal Universal Law Academy