16.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 79/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-31 ta’ Ottubru 2012 — Böszörményi Lajos Tiborné vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal
(Kawża C-489/12)
2013/C 79/05
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Debreceni Munkaügyi Bíróság.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lajos Tiborné Böszörményi
Konvenut: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jista’ jiġi interpretat fis-sens li huwa intiż biss li jiggarantixxi l-eżistenza ta’ rimedju ġudizzjarju f’każ ta’ tkeċċija illegali u mhux iġġustifikata (“unjustified”)?
(2)
[Din id-dispożizzjoni] tfisser li, meta ssir it-tkeċċija, il-persuna li timpjega hija obbligata tikkomunika lill-ħaddiem il-motivi tagħha bil-miktub, [u fin-nuqqas ta’ tali komunikazzjoni] din it-tkeċċija tista’ sseħħ b’mod mhux iġġustifikat (unjustified)?
(3)
L-assenza ta’ komunikazzjoni tal-motivi, waħedha, twassal għall-illegalità tal-miżura jew il-persuna li timpjega tista’ tindika l-motivi sussegwentement matul proċedura kontenzjuża eventwali?
Full & Egal Universal Law Academy