16.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 79/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-31 ta’ Ottubru 2012 — Róbert Gálóczhi-Tömösváry vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal
(Kawża C-490/12)
2013/C 79/06
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Debreceni Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Róbert Gálóczhi-Tömösváry
Konvenuta: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jista’ jiġi interpretat fis-sens li huwa intiż biss sabiex jiggarantixxi l-possibbiltà ta’ rimedju ġudizzjarju fil-każ ta’ tkeċċija illegali u infondata (unjustified)?
(2)
[Din id-dispożizzjoni] tfisser li, meta ssir it-tkeċċija, il-persuna li timpjega għandha l-obbligu li tikkomunika bil-miktub lill-ħaddiem ir-raġunijiet għal din it-tkeċċija, fin-nuqqas ta’ liema jista’ jkun li din isseħħ b’mod mhux ġustifikat (unjustified)?
(3)
L-assenza ta’ komunikazzjoni tar-raġunijiet, minnha nfisha, tagħti lok għall-illegalità tal-miżura jew il-persuna li timpjega tista’ tindika r-raġunijiet sussegwentement matul eventwali tilwima industrijali?
Full & Egal Universal Law Academy