26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-5 ta’ Novembru 2012 — Conseil national de l’ordre des médecins vs Ministère des affaires sociales et de la santé
(Kawża C-492/12)
2013/C 26/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Conseil national de l’ordre des médecins
Konvenut: Ministère des affaires sociales et de la santé
Domandi preliminari
(1)
L-eżiġenza ta’ speċifiċità tal-professjoni ta’ dentist stabbilita fl-Artikolu 36 tad-Direttiva 2005/36/KE (1) tipprekludi l-ħolqien ta’ formazzjoni li tagħti l-kwalifika tat-tielet ċiklu universitarju komuni għall-istudenti tal-mediċina u tad-dentistrija?
(2)
Id-dispożizzjonijiet tad-direttiva dwar l-ispeċjalizzazzjonijiet marbuta mal-mediċina għandhom jinftiehmu fis-sens li jeskludu li d-dixxiplini bħal dawk elenkati fil-punt 3 ta’ din id-deċiżjoni (2) jkunu inklużi f’formazzjoni tad-dentistrija?
(1) Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22)
(2) Jiġifieri, minn naħa, formazzjoni teorika fil-kirurġija orali li tinkludi, b’mod partikolari, formazzjoni fil-kirurġija tal-parti ta’ fuq tas-sinna u ta’ ċesti tax-xedaq odonteoġeneji jew mhux odontoġeneji, il-kirurġija preprotejka u implantari, l-istudju tal-patoloġiji tumurali beninji, il-patoloġiji salivarji u l-parti ortodontiko-kirurġika u ortonjatika, u min-naħa l-oħra, formazzjoni prattika li tinkludi tal-inqas tliet semestri f’dipartiment speċjalizzat fl-odontoloġija u tliet semestri f’dipartiment speċjalizzat fil-kirurġija tax-xedaq.
Full & Egal Universal Law Academy