12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/33
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Novembru 2012 — Eli Lilly and Company Ltd vs Human Genome Sciences Inc
(Kawża C-493/12)
2013/C 9/55
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eli Lilly and Company Ltd
Konvenuta: Human Genome Sciences Inc.
Domandi preliminari
(a)
Liema huma l-kriterji li jippermettu li jiġi ddeterminat jekk “il-prodott ikun protett minn privattiva bażika fis-seħħ” fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009/KE (1) (iktar il-quddiem ir-“Regolament”)?
(b)
Dawn il-kriterji huma differenti jekk il-prodott ma huwiex prodott ta’ kombinazzjoni, u jekk iva, liema huma dawn il-kriterji?
(c)
Fil-każ ta’ talba dwar antikorp jew klassi ta’ antikorpi, huwa suffiċċjenti li l-antikorp jew l-antikorpi jkunu ddefiniti skont il-karatteristiċi tagħhom li jorbtuhom ma’ proteina mmirata, jew huwa neċessarju li tiġi pprovduta definizzjoni strutturatli tal-antikorp jew tal-antikorpi, u jekk iva, kemm?
(1) Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) ĠU L 152, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy