23.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 86/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fis-6 ta’ Novembru 2012 — Spoločenstvo vlastníkov bytov MYJAVA vs Podtatranská vodárenská prevádzková spoločnosť, a.s.
(Kawża C-496/12)
2013/C 86/10
Lingwa tal-kawża: l-Islovakk
Qorti tar-rinviju
Krajský súd v Prešove
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Spoločenstvo vlastníkov bytov MYJAVA
Konvenuta: Podtatranská vodárenská prevádzková spoločnosť, a.s.
Domandi preliminari
(1)
Id-dispożizzjonijiet tad-direttivi tal-Unjoni Ewropea, fosthom id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (1), id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (2) u d-direttivi l-oħra intiżi li jipproteġu lill-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna ġuridika tista’ tinvoka l-istess protezzjoni bħal dik li jibbenefika minnha l-konsumatur, bil-kundizzjoni li, fil-kuntratti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-direttivi, hija taġixxi għal finijiet mhux marbuta ma’ kwalunkwe attività professjonali jew kummerċjali?
(2)
Id-dispożizzjonijiet tad-direttivi tal-Unjoni Ewropea, fosthom id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom u d-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-każ li jiġi kkonstatat difett li jaffettwa l-prodott ipprovdut, tillimita l-azzjonijiet għal rimbors bħall-azzjoni għall-irkupru tal-pagament mhux dovut għall-perijodu biss li għadda wara l-aħħar qari tal-ammont tal-arloġġ tal-ilma difettuż qabel it-tressiq tat-talba?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 223.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257.
Full & Egal Universal Law Academy