26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Tivoli (l-Italja) fis-7 ta’ Novembru 2012 — Elisabetta Gentile vs Ufficio Finanziario della Direzione Ufficio Territoriale di Tivoli et
(Kawża C-499/12)
2013/C 26/51
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Tivoli
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elisabetta Gentile
Konvenut: Ufficio Finanziario della Direzione Ufficio Territoriale di Tivoli, Fabrizio Penna, Gianfranco Di Nicola
Domanda preliminari
L-Artikolu 130 tad-DPR 30.5.2002 Nru. 115 fil-qasam tal-ħlas tal-ispejjeż tal-għajnuna legali fl-ordinament ġuridiku Taljan — fil-parti fejn jimponi li l-ammonti li għandhom jitħallsu lir-rappreżentant legali, lill-assistent tal-membru ġudikanti u lill-perit tal-qorti jitnaqqsu bin-nofs — huwa konformi mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jistabbilixxi li min ma għandux mezzi biżżejjed għandu dritt għal għajnuna legali jekk dan ikun neċessarju sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja?
Full & Egal Universal Law Academy