26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/32
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (Ir-Renju Unit) fit-8 ta’ Novembru 2012 — Jessy Saint-Prix vs Secretary of State for Work and Pensions
(Kawża C-507/12)
2013/C 26/59
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jessy Saint-Prix
Konvenut: Secretary of State for Work and Pensions
Domandi preliminari
(1)
Id-dritt ta’ residenza mogħti lill-“ħaddiem” mill-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar iċ-ċittadinanza (1) għandu jiġi interpretat bħala li japplika biss għal dawk li huma i) f’relazzjoni ta’ xogħol eżistenti, ii) (mill-inqas f’ċerti ċirkustanzi) qed ifittxu impjieg jew iii) koperti mill-estensjonijiet tal-Artikolu 7(3), jew inkella dan l-Artikolu għandu jiġi interpretat bħala li ma jipprekludix ir-rikonoxximent ta’ persuni oħra li jibqgħu “ħaddiema” għal dan il-għan?
(2)
(i)
F’din l-aħħar ipoteżi, dan japplika wkoll għal mara li, leġittimament, tieqaf taħdem jew tfittex impjieg, minħabba limitazzjonijiet fiżiċi marbuta mal-aħħar stadji tat-tqala tagħha (u wara l-ħlas)?
(ii)
Jekk iva, hija għandha d-dritt li tibbenefika mid-definizzjoni li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħti tal-mument meta huwa leġittimu li hija tieqaf taħdem jew li hija tieqaf tfittex impjieg?
(1) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).
Full & Egal Universal Law Academy