2.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Norte (il-Portugall) fid-9 ta’ Novembru 2012 — IPTM-Instituto Portuário e dos Transportes Marítimos vs Navileme-Consultadoria Náutica Lda, Nautizende — Consultadoria Náutica Lda
(Kawża C-509/12)
2013/C 32/05
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Central Administrativo Norte
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: IPTM-Instituto Portuário e dos Transportes Marítimos
Konvenuti: Navileme-Consultadoria Náutica Lda, Nautizende — Consultadoria Náutica Lda.
Domanda preliminari
Id-dritt tal-UE, fid-dawl tal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bejn ċittadini nazzjonali ta’ Stat Membru u ċittadini nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor (attwalment l-Artikolu 18 TFUE, li qabel kien l-Artikolu 12 KE), fid-dawl tal-moviment liberu tal-persuni fl-UE l-eċċezzjonijiet tiegħu (attwalment l-Artikolu 45(3) TFUE, li qabel kien l-Artikolu 39 KE), u fid-dawl tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u r-restrizzjonijiet possibbli tagħha (Artikolu 52 TFUE, li qabel kien l-Artikolu 460 KE, bis-saħħa tal-Artikolu 62 TFUE, li qabel kien l-Artikolu 55 KE), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali li tirrikjedi reżidenza fit-territorju rispettiv sabiex tkun tista’ tinħareġ liċenzja ta’ navigazzjoni għal raġunijiet rikreattivi?
Full & Egal Universal Law Academy