16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Beroep te Gent (il-Belġju) fid-9 ta’ Novembru 2012 — Bloomsbury NV vs Belgische Staat
(Kawża C-510/12)
2013/C 46/23
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Beroep te Gent
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bloomsbury NV
Konvenut: Belgische Staat
Domanda preliminari
L-Artikolu 2(3) sa (5) tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660, tal-25 ta’ Lulju tal-1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ meta kumpannija takkwista attiv importanti b’xejn, u ma tistax konsegwentement tattribwilu valur tal-akkwist fil-kontijiet tagħha, bir-riżultat li tingħata stampa qarrieqa tal-patrimonju, tas-sitwazzjoni finanzjarja u tal-qligħ u telf tal-kumpannija, l-imsemmi attiv importanti akkwistat b’xejn, għandu madankollu jiġi inkluż fil-kontijiet bil-valur reali tiegħu ?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21.
Full & Egal Universal Law Academy