26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/32
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Norte (il-Portugall) fit-12 ta’ Novembru 2012 — Joaquim Fernando Macedo Maia et vs Fundo de Garantia Salarial, IP
(Kawża C-511/12)
2013/C 26/60
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Central Administrativo Norte
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Joaquim Fernando Macedo Maia et
Konvenut: Fundo de Garantia Salarial, IP
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea fil-qasam speċifiku ta’ garanzija tad-djun marbuta mal-paga li jirriżultaw fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega, b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 10 tad-Direttiva 80/987/KEE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tiggarantixxi biss id-djun dovuti fis-sitt xhur qabel il-bidu ta’ proċedimenti ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega anki meta l-impjegati jkunu kkontestaw quddiem it-tribunal industrijali l-imsemmija persuna li timpjegahom bil-għan li jiġi ffissat l-ammont mhux imħallas u li jiġi infurzat l-irkupru ta’ dan l-istess ammont?
(1) Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f'każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 217)
Full & Egal Universal Law Academy