2.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Novembru 2012 — Aslihan Nazli Ayalti vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-513/12)
2013/C 63/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Aslihan Nazli Ayalti
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu matul il-fażi tranżitorja tal-assoċjazzjoni maħluqa mill-ftehim tat-12 ta’ Settembru 1963 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (iktar ’il quddiem il-“Protokoll Addizzjonali”) u/jew l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni Nru 1/80”) jipprekludu dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali li, wara d-dħul fis-seħħ tagħhom, tipprovdi li, sabiex ikun jista’ jidħol għall-ewwel darba fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-membru tal-familja ta’ ċittadin Tork li jibbenefika mill-istatus mogħti mill-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 għandu juri minn qabel li jista’ jesprimi ruħu bil-Ġermaniż bi kliem sempliċi?
(2)
F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1), jipprekludi d-dispożizzjoni nazzjonali msemmija fl-ewwel domanda?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.
Full & Egal Universal Law Academy