2.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fl-14 ta’ Novembru 2012 — Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken Betriebs GmbH vs Land Salzburg
(Kawża C-514/12)
2013/C 63/11
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Salzburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken Betriebs GmbH
Konvenut: Land Salzburg
Domanda preliminari
L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/11 (1) jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali (f’dan il-każ l-Artikoli 53 u 54 tas-Salzburger Landesvertragsbedienstetengesetzes), li tipprovdi li, sabiex tiġi ddeterminata d-data rilevanti għall-finijiet tal-avvanz fl-iskali ta’ remunerazzjoni ogħla, persuna pubblika li timpjega għandha tieħu inkunsiderazzjoni fit-totalità tagħhom il-perijodi ta’ attività mwettqa mingħajr interruzzjoni fis-servizz tagħha mill-impjegati tagħha, iżda għandha tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod globali u minn ċertu età, biss parti mill-perijodi ta’ attività mwettqa mill-impjegati tagħha ma’ persuni privati jew pubbliċi oħra li jimpjegaw — kemm jekk fl-Awstrija kif ukoll jekk fi Stat ieħor tal-UE jew taż-ŻEE?
(1) Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, ĠU L 141, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy