16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fid-19 ta’ Novembru 2012 — OTP Bank Nyilvánosan Működő Részvénytársaság vs Hochtief Solution AG
(Kawża C-519/12)
2013/C 46/24
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: OTP Bank Nyilvánosan Működő Részvénytársaság
Konvenuta: Hochtief Solution AG
Domanda preliminari
Pretensjoni bejn partijiet li ma humiex marbuta direttament permezz ta’ kuntratt, bħal dik li l-bank rikorrent qiegħed jinvoka f’din il-kawża kontra kumpannija (mhux residenti) li għandha sehem f’kumpannija oħra li bbenefikat minn kreditu min-naħa tar-rikorrent u li fiha l-imsemmija kumpannija mhux residenti kellha, matul il-perijodu kontenzjuż, influwenza li kienet tippermettilha teżerċita kontroll dirett fuqha, fuq il-bażi li din hija obbligata tagħmel tajjeb għad-dejn li tidħol għalih il-kumpannija kkontrollata, għandha titqies bħala materja li għandha x’taqsam ma’ kuntratt, fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000 (1)?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy