23.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-19 ta’ Novembru 2012 — T.C. Briels et vs Minister van Infrastructuur en Milieu
(Kawża C-521/12)
2013/C 55/04
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: T.C. Briels, M. Briels-Loermans, R.L.P. Buchholtz, Stichting A2-Platform Boxtel e.o., et., H.W.G. Cox, G.P.A. Damman, P.A.M. Goevaers et., J.H. van Haaren en L.S.P. Dijkman, R.A.H.M. Janssen, M.M. van Lanschot, J.E.A.M. Lelijveld et., A. Mes et., A.J.J. Michels, VOF Isphording, et., M. Peijnenborg en S. Peijnenborg-van Oers, G. Oude Elferink, W. Punte en P.M. Punte-Cammaert, Stichting Reinier van Arkel, E. de Ridder, W.C.M.A.J.G. van Rijckevorsel en M. van Rijckevorsel-van Asch van Wijck, Vereniging tot Behoud van het Groene Hart van Brabant en Stichting Boom en Bosch, Stichting Overlast A2 Vught e.o., Streekraad Het Groene Woud en De Meijerij, A.C.M.W. Teulings en Stichting Bleijendijk, M. Tilman, Vereniging van Eigenaars Appartementengebouw De Heun I et., M.C.T. Veroude, E.J.A.M. Widlak, Van Roosmalen Sales BV, et., M.A.A. van Kessel, Bricorama BV, et.
Konvenut: Minister van Infrastructuur en Milieu
Partijiet oħra fil-proċedura: Burgemeester en wethouders van Best, Burgemeester en wethouders van Boxtel
Domandi preliminari
(1)
Il-frażi “ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit konċernat” kif tidher fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (1), tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-integrità tas-sit konċernat ma hijiex affettwata jekk, meta l-proġett għandu impatt fuq iż-żona eżistenti ta’ tip ta’ habitat protett fis-sit ikkonċernat, żona ta’ daqs identiku jew superjuri għal dan it-tip ta’ habitat tkun żviluppata fil-kuntest ta’ proġett fiż-żona konċernata?
(2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija li l-frażi “ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit konċernat” għandha tiġi interpretata fis-sens li jkun hemm effett fuq l-integrità ta’ sit Natura 2000, l-iżvilupp ta’ żona ġdida ta’ tip ta’ habitat għandu jiġi kklassifikat bħala miżura kumpensatorji fis-sens tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.
Full & Egal Universal Law Academy