2.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia (l-Italja) fid-19 ta’ Novembru 2012 — Dirextra Alta Formazione S.r.l. vs Regione Puglia
(Kawża C-523/12)
2013/C 32/07
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dirextra Alta Formazione S.r.l.
Konvenuta: Regione Puglia
Domanda preliminari
Dispożizzjoni bħal dik li tidher fl-Artikolu 2(3) tal-Liġi Nru 12/2009 tar-reġjun tal-Puglia, fis-seħħ fuq livell reġjonali, li tirregola b’mod strett l-aċċess għas-suq għall-provvista ta’ ċertu servizzi speċifiċi intiżi sabiex jitjieb il-livell ta’ edukazzjoni fuq skala lokali (għotja ta’ masters post lauream), billi jkun suġġett għal kundizzjoni unika, magħżula u elaborata b’mod arbitrarju (numru ta’ siegħat mifrux fuq perijodu eċċessiv li ma huwiex iġġustifikat) meta wieħed jieħu inkunsiderazzjoni r-raġuni tal-miżura Komunitarja (titjieb fil-kwalità tal-edukazzjoni u, għaldaqstant, għażla ta’ entitajiet li għandhom fil-pussess tagħhom il-kwalifiki meħtieġa) u mingħajr ma tkun imfassla fuq tul ta’ żmien konkret tas-servizz inkwistjoni, hija kompatibbli mal-Artikoli 56 et seq, 101 et seq (ex Artikoli 49 u 81 et seq TKE), u 107 et seq tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (fil-verżjoni tiegħu li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009) kif ukoll mal-prinċipji ta’ kompetizzjoni, proporzjonalità, nondiskriminazzjoni u ugwaljanza fit-trattament li joriġinaw minn dawn id-dispożizzjonijiet, u b’mod partikolari mal-Artikolu 9 u 10 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, mal-Artikolu 2 tal-Protokoll rispettiv addizzjonali u mal-Artikoli 11 u 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali?
Full & Egal Universal Law Academy