2.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Bonn (Il-Ġermanja) fil-21 ta’ Novembru 2012 — Mömax Logistik GmbH
(Kawża C-528/12)
2013/C 63/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Bonn
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mömax Logistik GmbH
Konvenut: Bundesamt für Justiz
Domandi preliminari
Dispożizzjoni legali nazzjonali li ma teżentax lill-kumpanniji suġġetti għad-dritt tal-Istat Membru inkwistjoni mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 78/660/KEE (1) fir-rigward tal-kontenut, tal-verifika kif ukoll tal-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali ħlief meta l-kumpannija parent tkun suġġetta għad-dritt tal-istess Stat Membru u meta din tkun stabbilixxiet il-kontijiet annwali skont id-dritt li hija suġġetta għalih hija kompatibbli mal-libertà ta’ stabbiliment (Artikolu 49 TFUE)?
(1) Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, tal-25 ta’ Lulju tal-1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21).
Full & Egal Universal Law Academy