9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 1 de Catarroja (Spanja) fis-26 ta’ Novembru 2012 — Banco Popular Español S.A. vs Maria Teodolinda Rivas Quichimbo u Wilmar Edgar Cun Pérez
(Kawża C-537/12)
2013/C 38/14
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 1 de Catarroja
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Banco Popular Español S.A
Konvenuti: Maria Teodolinda Rivas Quichimbo u Wilmar Edgar Cun Pérez
Domandi preliminari
(1)
Id-Direttiva 93/13[/KEE] (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tostakola qorti adita bi proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja bħal dik stabbilita mill-Artikoli 681 sa 695 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Spanjol, Liġi Nru 1/2000, milli tevalwa, kemm ex officio jew fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, in-natura inġusta ta’ klawżola li tinsab f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, kemm jekk dan tal-aħħar ikun ressaq oppożizzjoni jew le?
(2)
Kemm jekk ir-risposta għal din id-domanda tkun pożittiva jew negattiva, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tiddeċiedi jekk id-Direttiva 93/13 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali adita bi proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja bħal dik stabbilita mill-Artikoli 681 sa 695 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Spanjol, Liġi Nru 1/2000, milli tissospendi l-imsemmija proċedura fil-każ fejn sussegwentement, tinfetaħ proċedura fil-mertu intiża għad-dikjarazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola li tinsab f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, kuntratt li abbażi tiegħu ġiet mibdija l-proċedura ta’ eżekuzzjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288
Full & Egal Universal Law Academy