2.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Pordenone (l-Italja) fit-28 ta’ Novembru 2012 — Proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato
(Kawża C-542/12)
2013/C 63/13
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Pordenone
Parti fil-kawża prinċipali
Giorgio Fidenato
Domandi preliminari
(1)
L-awtorizzazzjoni prevista mill-Artikolu 1(2) tad-digriet leġiżlattiv Nru 212 tal-24 ta’ April 2001 fis-sens mogħti lilha mill-ġurisprudenza nazzjonali, hija kompatibbli jew le mar-regoli kollha previsti mid-Direttiva KE Nru 18/2001 (1)?
(2)
B’mod partikolari, meta l-Istat Membru jissuġġetta l-kultivazzjoni tal-organiżmi ġenetifikament modifikati (OĠM) għal awtorizzazzjoni speċifikament intiża sabiex tiżgura l-osservanza tal-imsejjaħ prinċipju ta’ koeżistenza, din l-awtorizzazzjoni speċifika hija neċessarja wkoll għall-orgniżmi ġenetifikament modifikati li huma diġà inklużi fil-katalgu komuni?
(1) Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 77).
Full & Egal Universal Law Academy