16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/15
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-544/12)
2013/C 46/28
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, K. Simonsson u J. Hottiaux, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tiddikjara li peress li ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha necessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2009, dwar l-imposti tal-ajruporti (1), u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 1 u 6(2), kif ukoll l-Artikoli 7, 8, 9 u 13 ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ penali, li tammonta għall-EUR 75 002,88 kuljum u li hija kkalkolata mid-data meta tingħata s-sentenza f’din il-kawża, minħabba nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li tinnotifika l-miżuri li jittrasponu d-Direttiva 2009/12/KE;
—
tikkundanna lill-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/12/KE skada fil-15 ta’ Marzu 2011.
(1) ĠU L 70, p. 11
Full & Egal Universal Law Academy