2.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/8
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru
(Kawża C-545/12)
2013/C 32/11
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, J. Hottiaux u M. Kostantinidis, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Ċipru
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li r-Repubblika ta’ Ċipru, peress li ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (Tfassil mill-Ġdid) (ĠU L 403, p. 18) u, fi kwalunkwe każ, peress li ma kkomunikatx id-dispożizzjonijiet kollha msemmija lill-Kummissjoni, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 16 ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika ta’ Ċipru, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ penalità li tammonta għal EUR 6 504,96 kuljum, mill-jum tal-pubblikazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;
—
tikkundanna lir-Repubblika ta’ Ċipru għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2006/126/KE jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Jannar 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet il-ġodda introdotti u speċifikati permezz tad-direttiva msemmija.
Ir-Repubblika ta’ Ċipru ma għamlitx traspożizzjoni kompleta fil-liġi nazzjonali tagħha tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota li, fil-waqt tal-preżentata tar-rikors, ir-Repubblika ta’ Ċipru ma kinitx ittrasponiet fil-liġi nazzjonali tagħha l-Artikoli 1(1), 3, 7(1), (3) u (5), 10 u 15, kif ukoll l-Anness I(2), l-Anness II(5.2) u l-Annessi IV, V u VI tad-Direttiva.
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika ta’ Ċipru naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(3) TFUE.
Full & Egal Universal Law Academy