26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/38
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2012 mir-Repubblika Ellenika kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-158/09, Il-Ġreċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-547/12 P)
2013/C 26/72
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u S. Papaïoannou, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
tilqa’ l-appell u tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, fil-parti fejn il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ddikjarat li fil-Każ 4 Magrizos II, EL./1995/107, il-Kummissjoni ġustament ikkonstatat negliġenza min-naħa tal-awtoritajiet Elleniċi, fir-rigward tan-nuqqas ta’ rkupru tal-ammonti relatati.
—
tilqa’ l-ewwel aggravju li bih intalab l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni inkwantu fl-istess Każ, ir-rekwiżiti għall-implementazzjoni tal-Artikolu 32 tar-Regolament Nru 1290/2005 ma ġewx sodisfatti u l-Kummissjoni imputat l-ammont ta’ EUR 276 347,86 fuq ir-Repubblika Ellenika;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-Repubblika Ellenika.
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, interpretat b’mod żbaljat il-kontenut tal-provi tal-atti tal-proċess, interpretat b’mod żbaljat iċ-ċirkustanzi fattwali fil-Każ 4 Magrizos II, EL./1995/107, fejn waslet għall-konklużjoni żbaljata li f’dan il-Każ ġew sodisfatti r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 32 tar-Regolament Nru 1290/2005 u għall-imputazzjoni tal-ammont ta’ EUR 276 347,86 min-naħa tal-Kummissjoni fuq ir-Repubblika Ellenika.
Full & Egal Universal Law Academy