6.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 101/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Krefeld (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Novembru 2012 — Marc Brogsitter vs Fabrication de Montres Normandes Eurl., Karsten Fräßdorf
(Kawża C-548/12)
2013/C 101/11
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Krefeld
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Marc Brogsitter
Konvenuti: Fabrication de Montres Normandes Eurl., Karsten Fräßdorf
Domanda preliminari
L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li rikorrent li jallega li sofra dannu minħabba att antikompetittiv li fid-dritt Ġermaniż jaqa’ taħt il-kamp tar-responsabbiltà delittwali u li huwa imwettaq mill-parti l-oħra kontraenti stabbilita fi Stat Membru ieħor, jinvoka wkoll drittijiet li jaqgħu taħt il-kamp kuntrattwali fir-rigward ta’ din il-parti l-oħra kontraenti, anki jekk dan jibbaża l-azzjoni tiegħu fuq bażi legali marbuta mar-responsabbiltà delittwali?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy