2.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/9
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2012 minn J mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-27 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-160/10 — J vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża C-550/12 P)
2013/C 32/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: J (rappreżentant: A. Auer, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-160/10 u tiddeċiedi kif ġej: “Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-160/10, J vs Il-Parlament Ewropew, hija annullata fl-intier tagħha. Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.”
Fil-każ li l-appell jiġi kkunsidrat ammissibbli
—
tilqa’ t-talba mressqa fl-ewwel istanza, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Marzu 2010, li permezz tagħha ġiet miċħuda l-petizzjoni tal-appellant Nru 1673/2009 tad-19 ta’ Novembru 2009;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ispejjeż tal-kawża fl-ewwel istanza;
sussidjarjament
—
tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi mill-ġdid.
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat li ma kien hemm l-ebda ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet meta ddikjara inammissibbli l-petizzjoni tal-appellanti. L-appellanti fil-petizzjoni tiegħu invoka espliċitament il-ksur tad-dritt għall-proprjetà u ksur tad-Direttiva 2004/48/KE (1) mill-awtoritajiet Awstrijaċi. Fid-dikjarazzjoni ta’ inammissibbiltà tal-petizzjoni ma kinux indirizzati l-okkorrenzi ta’ ksur tad-dritt imsemmija b’mod konkret, b’tali mod li ma kienx possibbli għall-appellanti li jifhem ir-raġunijiet li għalihom il-Parlament Ewropew jikkunsidra l-petizzjoni tiegħu bħala inammissibbli.
Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet ukoll b’mod żbaljat li l-azzjonijiet tal-awtoritajiet Awstrijaċi ma għandhom ebda relazzjoni mal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Dokumenti tal-appellanti li kienu protetti permezz ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ġew ikkonfiskati mill-awtoritajiet Awstrijaċi, mingħajr ma qatt irċevew kumpens għal dan. Huwa b’dan il-mod li għalhekk kien hemm ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà (intellettwali) tal-appellanti fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48/KE.
(1) Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).
Full & Egal Universal Law Academy