2.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/9
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2012 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-4 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-215/10, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-552/12 P)
2013/C 32/13
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Elllenika (rappreżentanti: I. Chalkias u E. Leftheriotou, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
Ir-Repubblika Ellenika titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropa li tilqa’ dan l-appell u li tannulla s-sentenza appellata kollha tal-Qorti Ġenerali, skont dak li hija tesponi iktar fid-dettall, u li tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
—
F’dak li jikkonċerna l-korrezzjonijiet fis-settur tal-qoton, u b’mod partikolari, il-konformità tal-iskema ta’ għajnuna mal-produzzjoni tal-qoton fir-rigward tas-SKAI, ir-Repubblika Ellenika ssostni l-aggravji li ġejjin fl-appell tagħha:
—
ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea: interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikoli 6, 7 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1051/2001, kif ukoll l-Artikolu 10(1) u (2)(ċ) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 1591/2001 — motivazzjoni insuffiċjenti — ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalià;
—
ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea: interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1051/2001 — motivazzjoni insuffiċjenti u/jew kontradittorja.
—
F’dak li jkkonċerna l-miżuri ambjentali, l-aggravji li ġejjin huma invokati fil-kuntest tal-appell:
—
ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea: interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-linji gwida u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — difett ta’ motivazzjoni;
—
ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea: interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1051/2001, tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1123/09, tar-Regolament Nru 903/05 u tar-Regolament Nru 817/06 — motivazzjoni insuffiċjenti.
—
ksur tal-garanziji proċedurali tad-difiża — motivazzjoni insuffiċjenti;
—
F’dak li jikkonċerna l-korrezzjonijiet fis-settur tal-iżvilupp rurali, l-aggravji tal-appell huma li ġejjin:
—
interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament Nru 1663/95 u, minbarra dan, motivazzjoni insuffiċjenti u/jew kontradittorja;
—
F’dak li jikkonċerna l-korrezzjonijiet fis-settur tal-għajnuna lill-persuni li huma l-iktar mingħajr riżorsi finanzjarji, ir-Repubblika Ellenika ssostni l-aggravju li ġej fil-kuntest tal-appell tagħha:
—
interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 3149/92 — motivazzjoni insuffiċjenti u/jew kontradittorja — ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tar-regoli relatati mal-ugwaljanza proċedurali u mat-tqassim ġust tal-oneru tal-prova — difett proċedurali quddiem il-Qorti Ġenerali, li jaffettwa l-interessi tar-Repubblika Ellenika.
Full & Egal Universal Law Academy