9.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-3 ta’ Diċembru 2012 — KONE AG, Otis GmbH, Schindler Aufzüge und Fahrtreppen GmbH, Schindler Liegenschaftsverwaltung GmbH, ThyssenKrupp Aufzüge GmbH vs ÖBB Infrastruktur AG
(Kawża C-557/12)
2013/C 71/09
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: KONE AG, Otis GmbH, Schindler Aufzüge und Fahrtreppen GmbH, Schindler Liegenschaftsverwaltung GmbH, ThyssenKrupp Aufzüge GmbH
Konvenuta: ÖBB Infrastruktur AG
Domanda preliminari
L-Artikolu 101 TFUE (Artikolu 81 KE, Artikolu 85 TKE) għandu jiġi interpretat fis-sens li kull persuna għandha dritt li titlob lill-membri ta’ akkordju anki li jagħmlu tajjeb għad-danni kkawżati lil persuna li ma hijiex parti mill-akkordju li, minħabba fiż-żieda tal-prezz tas-suq, iżżid il-prezz tal-prodotti tagħha stess b’ammont ikbar minn dak li kienet tagħmel fin-nuqqas ta’ akkordju (umbrella pricing), b’tali mod li l-prinċipju ta’ effettività stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi l-adozzjoni ta’ deċiżjoni favorevoli fil-kuntest tad-dritt nazzjonali?
Full & Egal Universal Law Academy