9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal d’instance d’Orléans (Franza) fis-6 ta’ Diċembru 2012 — BNP Paribas Personal Finance SA, Facet SA vs Guillaume Delmatti
(Kawża C-564/12)
2013/C 38/19
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d’instance d’Orléans
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BNP Paribas Personal Finance SA, Facet SA
Konvenut: Guillaume Delmatti
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur (1), interpretat fid-dawl tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (2), jipprekludi l-eżistenza u l-applikazzjoni ta’ klawżoli standard fil-kuntratti ta’ kreditu, li jipprovdu għal rikonoxximent min-naħa tal-konsumatur tal-eżekuzzjoni tal-obbligi tal-persuna li ssellef?
(2)
Il-prinċipju ġenerali ta’ effettività tad-dritt Komunitarju u l-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva 2008/48/KE, jopponu li l-persuna li ssellef tkun tista’ tistabbilixxi l-prova tal-obbligi prekuntrattwali u kuntrattwali tagħha sempliċement permezz ta’ klawżoli standard inklużi f’kuntratti ta’ kreditu, li jipprovdu għal rikonoxximent min-naħa tal-konsumatur tal-eżekuzzjoni ta’ [dawk l-obbligi], mingħajr ma tipproduċi quddiem il-qorti d-dokumenti li hija tkun ħarġet u għaddiet lill-persuna li tissellef?
(1) Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
Full & Egal Universal Law Academy