9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’instance d’Orléans (Franza) fis-6 ta’ Diċembru 2012 — LCL Le Crédit Lyonnais, SA vs Fesih Kalhan
(Kawża C-565/12)
2013/C 38/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d’instance d’Orléans
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: LCL Le Crédit Lyonnais, SA
Konvenut: Fesih Kalhan
Domanda preliminari
Ir-rekwiżit ta’ penali effettivi, proporzjonati u disswassivi pprovdut bl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur (1), fil-każ ta’ nuqqas ta’ kredituri għall-obbligi stabbiliti fid-direttiva, jipprekludi l-eżistenza ta’ regoli li jippermettu lill-kreditur, sanzjonat bir-revoka tad-dritt tiegħu għall-interessi kif provdut skont il-leġiżlazzjoni Franċiża, li jibbenefika, wara t-tħabbir tas-sanzjoni, minn interessi legalment dovuti b’rata legali miżjuda b’ħames punti xahrejn wara deċiżjoni ġudizzjarjament infurzabbli, fuq l-ammonti li jifdal dovuti mill-konsumatur?
(1) Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).
Full & Egal Universal Law Academy