9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fis-6 ta’ Diċembru 2012 — SIA Greencarrier Freight Services Latvia vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-571/12)
2013/C 38/21
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA Greencarrier Freight Services Latvia
Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests
Domandi preliminari
(1)
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 70(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (1) jista’ jiġi interpretat fis-sens li r-riżultati tal-eżaminazzjoni ta’ parti mill-merkanzija msemmija f’dikjarazzjoni jistgħu jiġu estiżi għal merkanzija msemmija f’dikjarazzjonijiet oħrajn preċedenti, li fil-konfront tagħhom ma saret ebda eżaminazzjoni parzjali, iżda li kienu ġew iddikjarati taħt l-istess kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, li kienu jipprovjenu mingħand l-istess manifattur u li, skont l-informazzjoni mniżżla fiċ-ċertifikati tal-imsemmi manifattur, id-denominazzjoni u l-kompożizzjoni tagħhom kienu identiċi għal dawk tal-merkanziji msemmija fid-dikjarazzjoni u li kienu ttieħdu kampjuni tagħhom bil-għan li ssir eżaminazzjoni parzjali tagħhom? Fi kliem ieħor
Il-kunċett ta’ “dikjarazzjoni” skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 70(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, jinkludi wkoll id-dikjarazzjonijiet [li jirrigwardaw merkanzija] li ma ttieħidx kampjun tagħha, iżda li fihom ġiet iddikjarata merkanzija identika (il-merkanzija ġiet iddikjarata taħt l-istess kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kienet provjenti mill-istess manifattur, u d-denominazzjoni kif ukoll il-kompożizzjoni tal-merkanzija indikati fiċ-ċertifikati tal-manifattur kienu l-istess)?
(2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: huwa ammissibbli li r-riżultati tal-eżaminazzjoni parzjali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 70(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jiġu estiżi għal dikjarazzjonijiet li għalihom id-dikjarant, għal raġunijiet oġġettivi, ma jinsabx f’pożizzjoni li jitlob eżaminazzjoni supplimentari abbażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 70(1) għaliex ma għandux il-possibbiltà li jissuġġetta l-merkanzija għal kontroll skont l-Artikolu 78(2) tal-istess regolament?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità
Full & Egal Universal Law Academy