9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/15
Rikors ippreżentat fi 6 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-572/12)
2013/C 38/22
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, E. Manhaeve, A. Tokár, aġenti)
Konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2009/81/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 72(1) ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 57 324,80 kuljum, mid-data tal-għoti tas-sentenza fil-kawża preżenti;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE skada fil-21 ta’ Awwissu 2011.
(1) ĠU L 216, p. 7.
Full & Egal Universal Law Academy