9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fis-7 ta’ Diċembru 2012 — AS “Air Baltic Corporation” vs Valsts robežsardze
(Kawża C-575/12)
2013/C 38/24
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā apgabaltiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AS «Air Baltic Corporation»
Konvenut: Valsts robežsardze
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dħul ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz huwa suġġett b’mod obbligatorju għall-kundizzjoni minn qabel tal-eżistenza ta’ viża valida inkluża f’dokument tal-ivvjaġġar validu?
(2)
Il-kanċellazzjoni ta’ dokument tal-ivvjaġġar li fih twaħħlet viża jimplika wkoll, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi), għall-invalidità tal-viża maħruġa?
(3)
Dispożizzjonijiet nazzjonali li jimponu, għad-dħul ta’ ċittadin f’pajjiż terz, il-kundizzjoni minn qabel tal-eżistenza ta’ viża valida inkluża f’dokument ta’ vvjaġġar validu, huma konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), u tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi)?
(1) ĠU L 105, p. 1.
(2) ĠU L 243, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy