16.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 79/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Finanzsenats, Außenstelle Wien (l-Awstrija) fl-10 ta’ Diċembru 2012 — Michaela Hopfgartner
(Kawża C-577/12)
2013/C 79/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Michaela Hopfgartner
Konvenut: Finanzamt Wien
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 56 et seq TFUE), jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprovdi li l-estensjoni tad-dritt għall-ħlas ta’ allowances tal-familja tingħata biss — fost kundizzjonijiet oħra — meta l-post li fih isseħħ l-attività ta’ għajnuna volontarja jkun jinsab fit-territorju Awstrijak?
Full & Egal Universal Law Academy