23.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fit-12 ta’ Diċembru 2012 — Sintax Trading OÜ vs Maksu- ja Tolliameti Põhja maksu- ja tollikeskus
(Kawża C-583/12)
2013/C 55/07
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Riigikohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sintax Trading OÜ
Konvenuta: Maksu- ja Tolliamet Põhja maksu- ja tollikeskus
Intervenjent: OÜ Acerra
Domandi preliminari
(1)
Jisgħu l-“proċedimenti biex jiġi stabbilit jekk dritt ta’ proprjetà intellettwali kienx inkiser” imsemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1383/2003 (1) isiru wkoll fl-uffiċċju doganali jew “l-awtorità kompetenti biex tiddeċiedi dwar il-każ”, koperta fil-Kapitolu III tar-Regolament, għandha tkun distinta mill-awtoritajiet doganali?
(2)
Il-premessa 2 tar-Regolament Nru 1383/2003 issemmi bħala għan tar-Regolament il-protezzjoni tal-konsumaturi, u skont il-premessa 3 għandha tiġi introdotta proċedura xierqa sabiex tippermetti lill-awtoritajiet doganali jkunu f’pożizzjoni li jinfurzaw bil-mod l-iktar effettiv il-projbizzjoni ta’ introduzzjoni fit-territorju doganali tal-Komunità ta’ merkanzija li tikser dritt għal proprjetà intellettwali, mingħajr ma tostakola l-libertà tal-kummerċ leġittimu msemmija fil-premessa 2 ta’ dan ir-regolament u fil-premessa 1 tar-Regolament ta’ implementazzjoni Nru 1891/2004.
Ikun kompatibbli ma’ dawn l-għanijiet jekk il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1383/2003 (2) jistgħu jiġu biss applikati fil-każ li d-detentur tad-dritt jibda l-proċedimenti sabiex jiġi stabbilit jekk inkisirx dritt ta’ proprjetà intellettwali, proċedimenti msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament, jew inkella, sabiex jintlaħqu bl-aħjar mod dawn l-għanijiet, l-awtoritajiet doganali għandhom ikollhom is-setgħa li jibdew il-proċeduri xierqa?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003, tat-22 ta’ Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 13, p. 469).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1891/2004, tal-21 ta’ Ottubru 2004, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija [merkanziji] suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanziji li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (ĠU 2008, L 322M, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy