23.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/7
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2012 minn Lancôme parfums et beauté & Cie mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) mogħtija fil-5 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-204/10 — Lancôme parfums et beauté & Cie vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-593/12 P)
2013/C 55/10
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Lancôme parfums et beauté & Cie (rappreżentant: A. von Mühlendahl, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); Focus Magazin Verlag GmbH
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-204/10;
—
tordna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern ibati l-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tinvoka żewġ aggravji sabiex issostni l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata:
Fl-ewwel aggravju, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 53(1) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja meta ddeċidiet li l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern kien iġġustifikat li jsostni li COLOR FOCUS għandha tiġi ddikjarata nulla minħabba probabbiltà ta’ konfużjoni.
Fit-tieni aggravju, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi reversibbli meta ċaħdet l-argument tal-appellanti li d-drittijiet invokati abbażi tat-trade mark FOCUS jammontaw għal “abbuż ta’ dritt”.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy